Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern għaddej b’xogħol kbir biex jirranġa bosta oqsma tad-djar imferrxin mal-pajjiż kollu.
Waqt laqgħat li kellu mar-residenti tal-Pietà, il-Prim Ministru qal li dawn l-oqsma tad-djar qed isiru wkoll aktar aċċessibbli bl-installazzjoni ta’ bosta liftijiet.
F’laqgħa oħra mar-residenti tal-Furjana, Joseph Muscat qal li waħda mill-proposti tal-Partit Laburista għal din il-lokalità hija li jsir studju biex parti minn Triq Sant Anna ssir żona pedonali.
Qal li dan il-proġett għandu jagħmel minn din it-triq waħda mill-isbaħ pjazez ta’ Malta.
Il-Prim Ministru ta ħajr lill-kunsilliera li taw sehemhom f’din l-aħħar legizlatura u appella biex disat ijiem oħra, il-poplu Malti u Għawdxi jivvota lill-kandidati kollha tal-Partit Laburista.