Riċerka tal-Amerkani turi li l-ewwel każ ta’ Covid-19 oriġina minn bejjiegħa tal-frott tal-baħar, f’Wuhan.
Hija kienet taħdem fis-suq bl-isem ta’ Huanan, f’Wuhan.
Dan ixejjen għalkollox il-ħsieb li l-ewwel każ kien ta’ raġel li jaħdem bħala accountant.
F’dan l-istudju qed ikun maħsub li l-virus tal-Covid-19 nfirxet minn farfett il-lejl għal annimal ieħor, qabel ġie trażmess għal bniedem
Dan ir-rapport jgħid li din il-bejjiegħa f’Wuhan kellha l-ewwel sintomi fil-11 ta’ Diċembru 2019.
Dan filwaqt li r-raġel, li kien maħsub li kien l-ewwel każ ta’ Covid-19, kellu l-ewwel sintomi fis-16 ta’ Diċembru 2019 iżda fit-8 ta’ Diċembru kellu uġigħ fi sninu u għalhekk dan ma kellux x’jaqsam mal-Covid-19.