Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa qal kif l-Awtoritajiet tas-Saħħa se jkunu qed jiġbru l-informazzjoni x’qed jiġri fl-iskejjel rigward is-sitwazzjoni tal-imxija sa qabel il-vaganzi tal-mid-term.
Qal li din l-informazzjoni se twassal sabiex jaraw jekk wara l-vaganzi tal-Milied, l-istudenti għadhomx ineħħu l-maskra fl-iskejjel.
Id-Deputat Prim Ministru ħabbar li mil-lum, meta tifel jew tifla jirriżulta fil-pożittiv għall-virus, irid ikompli jagħmel kwarantina ta’ 14-il jum filwaqt li dawk f’kuntatt miegħu, fosthom tfal oħra u l-ġenituri tagħhom, il-kwarantina niżlet għal sebat ijiem.