Il-Bord tal-MATSEC ħabbar li studenti li kienu se japplikaw għall-eżamijiet tal-A-levels jew dawk tal-livell Intermedju li s-soltu jsiru f’Settembru xorta waħda se jkunu jistgħu jagħmlu dawn l-eżamijiet f’Settembru ta’ din is-sena.
L-applikazzjonijiet se jiftħu f’Lulju u l-istudenti se jkun infurmati hekk kif joqrob iż-żmien.
Fi stqarrija l-Bord tal-MATSEC qal li minkejja li ninsabu f’dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji huwa jinsab komess li jagħti lill-istudenti opportunità li jagħmlu dawn l-eżemijiet ħalli jġibu l-kwalifiki neċessarji sabiex jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom.
Intant, il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici laqa’ b’sodisfazzjon din id-deċiżjoni tal-MATSEC.
Għal aktar informazzjoni rigward l-eżamijiet wieħed jista’ jżur is-sit: https://www.um.edu.mt/study/duringcovid-19/matriculationexaminations