Numru ta’ studenti universitarji qed jilmentaw li kontinwament qed jirċievu telefonati mid-Dar Ċentrali minħabba l-elezzjoni ta’ għada għall-elezzjoni tal-Kunsill Studenti Universitarji.
Jirriżulta li meta qed iċemplu lill-istudenti biex jgħidulhom kemm għandhom esperjenza l-SDM u li għalhekk għandhom jivvotaw lilhom fl-elezzjoni ta’ għada qed jintqal li qed iċemplu mill-Eurostar.
Iżda, studenti nazzjonalisti li mhumiex attivi fl-SDM għax miġġieldin mat-tmexxija preżenti jidhru li kienu jafu sew xi tfisser eurostar u meta saru telefonati lura d-Dar Ċentrali biex jitolbu li jkellmu lil eurostar ikkonfermawlhom li qed isiru t-telefonati minn hemm, imma telqu.
Saħansitra ta’ dan jeżisti recording li qed jiġri on campus b’nies li kienu fl-SDM u telqu jgħajru ‘amateurs’ lit-tmexxija ta’ issa.
L-elezzjonijiet fl-Università jsiru għada u din id-darba se jkunu qed isiru online. Qed tikkontesta wkoll il-Pulse wara numru ta’ snin fejn għandha programm qawwi li qed jinkwieta lill-SDM bil-kbir.