F’nofs il-pandemija, tim ta’ inġiniera Maltin ġew ispirati biex japplikaw il-ħiliet tagħhom u jingħaqdu kontra l -COVID-19. Ħafna vaċċini jridu jinżammu kiesħa sal-amministrazzjoni tagħhom, biex ikunu effettivi. Dan minnu nnifsu jippreżenta ċertu sfidi.
Għalhekk riċerkaturi u studenti mid-Dipartiment tal-Electronic Systems Engineering fi ħdan l-Università ta’ Malta ħadmu fuq ICECAP: prototip li jgħin fit-trasportazzjoni ta’ dawn il-vaċċini. Dan il-proġett ifittex li jintroduċi teknoloġiji ġodda fis-suq tat-tkessiħ tal-elettronika. Din l-għodda tista’ tkun kruċjali meta jridu jiġu trasportati mediċinali u vaċċini f’kuntesti fejn l-infrastruttura hija bgħatuta.
ICECAP jinsab fl-ewwel stadju ta’ prototip tiegħu, li ġie żviluppat b’suċċess. Dan il-proġett ingħata fondi ta’ €200,000 grazzi għall-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija permezz ta’ FUSION, progamm ta’ riċerka u innovazzjoni fil-qasam tat-teknoloġija.