Studenti li jattendu l-kulleġġ MCAST ġew magħżula biex jipprateċipaw fl-ewwel kompetizzjoni tat-tip tagħha; the International Robot Olympics Competition. Dan hekk kif flimkien ma’ 160 nazzjon, fosthom 40 nazzjon mill-Ewropa, se jkunu qed jikkompetu f’Washington DC bejn is-16 u l-20 ta’ Lulju.
L-istudenti, Patrick Brejza, Andrea Abela u Clive Tonna jinsabu fit-tieni sena tal-kors li qed jagħmlu ta’ Software Development and Multimedia Software Development. L-irwol tagħhom f’din il-kompetizzjoni hu li joħolqu robot li jaf jiffiltra blalen blu minn dawk oranġjo.
Permezz ta’ din il-kompetizzjoni internazzjoni se jkun qed jinxtered aktar għarfien dwar is-setturi tax-xjenza u t-teknoloġija u kif ukoll biex tinċentiva liż-żgħażagħ minn madwar id-dinja.