Fl-okkażjoni tal-jum dedikat lid-drittijiet umani, grupp ta’ studenti tal-liġi mill-għaqda studenteska ELSA (European Law Students Association) ippreżentaw policy paper bl-isem ta’ ‘Hate Speech: Negotiating Peace in the Ambit of Freedom of Speech’.
Dan id-dokument ta’ sittin paġna huwa magħmul minn proposti relatati ma’ implimentazzjoni u traspożizzjoni li qed tadotta l-Unjoni Ewropea biex tiġġieled ir-razziżmu u ksenofobija.
Fost ohrajn, l-ELSA jemmnu li hemm bżonn pjattaforma aħjar biex vittmi li jaqilgħu kliem xejn xieraq fil-konfront tagħhom ikunu jistghu jirraportaw kif ukoll jiġu mgħejuna aħjar fis-soċjetà.
Apparti minn hekk, l-ELSA qed tappella għal aktar edukazzjoni inklussiva minn sempliċement kampanja bħal ma kienet “No Hate Movement.” Huwa b’dan il-mod li l-pubbliku jibda jifhem l-importanza li jirraporta minnufih dawn l-atti kriminali.