Matul din il-ġimgħa, sitt studenti li qed jistudjaw mal-ITS pparteċipaw f’sitt kompetizzjonijiet differenti ġewwa l-Italja. Dawn seħħew bejn is-17 u l-21 ta’ Ottubru.
L-istudenti Mariah Ruggier, Jeremy Falzon, Jeremy Grech, Kylie Bonnici, Jael Ellul u Benn Elizar Roque ipparteċipaw fil-kompetizzjonijiet tal-Għaġina, Arti Kulinari, Destinazzjoni Turistika, Servizz ta’ Restaurant, Cocktail u Front Office.
Huma kienu akkumpanjati minn letturi tal-ITS u maniġer akkademiku.
L-attività ġiet fi tmiemha b’ikla organizzata mill-iskola, fejn tħabbru r-rebbieħa.
L-istudenti tal-ITS rebħu midalja tad-Deheb, tal-Fidda u tal-Bronż f’Cocktail, Servizz tal-Ikel u Xorb u Destinazzjoni Turistika.