Grupp ta’ studenti flimkien mal-letturi tagħhom fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi, l-ITS, kisbu riżultati pożittivi ferm, b’rabta mal-parteċipazzjoni tagħhom f’kompetizzjoni internazzjonali tal-Arti Kulinarja, f’Rimini fl-Italja.
Abigail Micallef, Henrica Galea, u Nirvana Falzon għamlu mudelli taċ-ċikkulata, li niżlu tajjeb ferm mal-ġurija internazzjonali, b’uħud minnhom saħansitra huma ġurija fil-programm televiżiv ta’ fama mondjali, MasterChef.
Tkellimna ma’ Jimmy Aquilina, li huwa wieħed mil-letturi tal-istudenti.
Qal, “Bdejna f’Awwissu meta tkellimna jien u sħabi u l-letturi jekk konniex ippreprati biex nidħlu għaliha, u beda l-proċess, għażilna l-istudenti u bdejna l-proċess tat-training, għax konna nafu li din mhux platt wieħed jew tnejn, hi bbażata fuq jumejn, għaxar sigħat kuljum, hija intensiva.”
Waħda mill-istudenti tkellmet magħna dwar l-esperjenza tagħha, li anki kompliet issaħħaħha fil-vjaġġ edukattiv.
Stqarret, “Kienet biżżejjed ta’ dak l-istudju kollu li għamilna, u il-livell li konna kien esperjenza li ma konniex se nirċevuha, li kieku bqajna hawnhekk l-iskola bil-lezzjonijiet normali. Kienet esperjenza pprovduta mill-iskola, kemm fil-karriera tagħna personali u anke biex nevolvu l-iskills tagħna ’l quddiem.”