In-numru rekord ta’ 193 student mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi, bdew vjaġġ ta’ sena li eventwalment għandu jwassalhom għal karriera fl-industrija tat-turiżmu u l-ospitalità.
Dan meta ftit ħin ilu qabdu ajruplan li se jimmarka l-bidu ta’ internship internazzjonali ta’ tnax –il xahar f’pajjiżi differenti madwar id-dinja.
L-istudenti għal din l-ischolarship, bl-iżgħar wieħed ikollu tmintax –il sena, qegħdin f’fażi li jiffinalizzaw id-Diplomas f’dixxiplini differenti fis-settur turistiku fl-ITS.
Saħansitra l-istudenti se jkollhom iċ-ċans jaħdmu f’lukandi ewlenin madwar id-dinja, biex b’hekk iġibu l-esperjenza ta’ kif jingħata servizz ta’ kwalita.
Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis, li żarhom l-ajruport mumenti qabel bdew dan il-vjaġġ, tenna li hemm bżonn ninvestu aktar fit-talent Malti.
Dan biex fis-snin li ġejjin ikompli jimxi ’l quddiem is-settur tat-turiżmu: il-pilastru ewlieni tal-ekonomija Maltija.
https://youtu.be/_4eT1D6jRmQ