Grupp ta’ studenti mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi, l-ITS, ipparteċipaw u kisbu riżultati pożittivi f’konferenza annwali f’Vilnius fil-Litwanja.
Flimkien mal-mentors tagħhom, diversi letturi mill-ITS, Charlotte Geronimi, Helena Micallef, Joseph Casingena, Emie Briffa, Tara Darmanin, u MaryGrace Vella, l-istudenti, Iven Tabone, Thomas Tonna, Laura Spiteri, Alizea Sciberras, u Stevie Sammut, esponew it-talenti tagħhom, f’diversi setturi; fosthom id-destinazzjonijiet, cocktails, id-dinja kulinarja, ħidma f’uffiċju u anke b’rabta mal-inbejjed.
L-istudenta Kylie Bonnici u l-Lettur Claude Scicluna, kienu parti mill-ġurija, ta’ waħda mill-kompetizzjonijiet.
Minkejja li kkompetew kontra diversi istituzzjonijiet madwar l-Ewropa, l-istudenti tal-ITS, kisbu medalji tad-deheb, tal-fidda u tal-bronż, f’diversi kategoriji.