Grupp ta’ 34 żagħżugħ student minn Sqallija mill-iskejjel tas-salesjani tal-Ordni ta’ Don Bosco fl-aħħar ġimgħat għażlu lil Malta bħala l-post tagħhom fejn bdew jieħdu lezzjonijiet fil-lingwa Ingliża fuq livell bażiku.
Fit-tmiem tal-kors tagħhom huma għamlu żjara lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-promozzjoni tal-kummerċ Carmelo Abela fejn qasmu miegħu s-sodisfazzjon tagħhom għal-livell ta’ tagħlim li huma irċevew.
Studenta partikolari ppreżentat ittra ta’ ringrazzjament lill-Ministru għal mod tajjeb u pożittiv ta’ kif ġew milqugħa ġewwa pajjiżna.
Il-kap tal-grupp, il-Patri Salesjan Giuseppe Costa, qal li qed iħares ‘il quddiem sabiex is-Salesjani ta’ Sqallija u anke l-Italja ikabbru r-relazzjoni bejn skejjel tagħhom fi Sqallija u skejjel tal-Ingliż ġewwa pajjiżna u jġibu iżjed gruppi ta’ studenti żgħażagħ Malta għat-tagħlim fil-lingwa Ingliża.
Il-grupp kien akkumpanjat mill-Ambaxxatur Malti għas-Santa Sede Frank Zammit.