Erba’ snin ta’ Gvern immexxi minn Joseph Muscat fissru ċans ieħor għall-istudenti u iżjed għajnuna biex ikomplu l-istudji tagħhom.
Waqt żjara li għamlu membri tal-amministrazzjoni tal-Partit Laburista fl-Università ta’ Malta, studenti li tkellmu ma’ ONE NEWS esprimew sodisfazzjon għall-fatt li propju Gvern Laburista taha għall-ewwel darba l-istipendju lil dawk li kellhom jirrepetu s-sena tal-istudji tagħhom.