Il-Pulizija organizzat kompetizzjoni tat-tpinġija għal studenti tal-iskola Malta u Għawdex, biex jintgħażlu l-aqwa disinni għall-ktieb il-ġdid tat-tpinġija tal-Pulizija.
L-aqwa tpinġija li tirrappreżenta l-ħidma tal-pulizija tidher fuq il-qoxra tal-ktieb edukattiv. Numru ta’ disinni oħra, bl-ismijiet tal-artisti, intgħażlu u ġew riprodotti fil-paġni tal-ktieb tat-tpinġija tal-Pulizija.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-istudenti kollha li ntgħażlu t-tpinġija tagħhom ikunu mistiedna jattendu għal ġurnata ta’ attivitajiet mal-Pulizija ta’ Malta.


























