Studenti tal-MCAST qed jargumentaw li għall-apprentistat li jagħmlu bħala parti mill-kors tagħhom għandhom jitħallsu paga minima u mhux ħlas għall-apprentistat. Dan qaluh mal-Ministru tal-Edukazzjoni, Evarist Bartolo.
Din it-talba li l-istudenti jridu jitħallsu €168 minflok €50 fil-ġimgħa, jew minn €200 għal €672 fix-xahar. Fl-MCAST huma diversi l-korsijiet fejn l-istudenti jingħataw opportunità ta’ xogħol minbarra l-aspett teoretiku, iżda ta’ spiss ikun hemm studenti li jgħidu li finanzjarjament għandu jkun hemm kumpens aħjar.
Għalkemm oħrajn jargumentaw li dan huwa parti mill-kors tagħhom u għalhekk dan il-ħlas mhuwiex ġustifikat. Il-Kunsill tal-istudenti qed jgħidu li din iż-żieda għandha tidħol mis-sajf li ġej.