L-istudenti jistgħu jivvjaġġaw b’tal-linja, fejn iridu b’€55 kull tliet xhur. Din l-iskema qed titħabbar wara diskussjonijiet bejn Transport Malta u l-Malta Public Transport.
Fi stqarrija, Transport Malta, spjegaw li permezz ta’ din l-iskema, l-istudenti se jkunu qegħdin igawdu minn aktar roħs fil-biljett ta’ tal-linja.
It-Transport Malta spjegat, li student jista’ juża dan is-servizz b’inqas minn €19 fix-xahar, fissru kif din l-ispiża hija waħda minima meta mqabbala mal-ispejjeż biex l-istudenti jużaw il-karozzi.
L-għan ewlieni wara dan ir-roħs, huwa li tiġi eliminata l-problemi ta’ parkeġġ li jaffaċċjaw l-istudenti f’numru ta’ istituzzjonijiet.