Studenti li f’Mejju li għadda poġġew għall-eżamijiet tal-Matrikola u li sfortunatament fallew milli jġibu l-marka meħtieġa qed jirċievu telefonati mill-uffiċċju tal-Matsec dwar żviluppi fil-marka tagħhom li eventwalment tagħmilhom eliġibbli biex jidħlu l-Università ta’ Malta.Mistoqsi minn ONE News, is-Sur Dario Pirotta mill-Matsec ikkonferma li wara r-riviżjoni tal-karti xi studenti ġew ikkuntatjati biex jiġu infurmati li kellhom riviżjoni fil-marka tagħhom.
Huma ġew infurmati li fil-jiem li ġejja ser ikunu qed jirċievu ittra uffiċċjali li tikkonferma dan.
Kienu l-istudenti stess affetwati minn dan li ikkuntatjaw lil ONE News dwar it-tibdil fil-marki tagħhom.