Il-President tal-Olimpijadi Speċjali, Dr Lydia Abela, għamlet żjara fl-Iskola Medja ta’ Maria Regina fejn qasmet kotba bit-titlu ‘We are all special’.
Dan wara li l-ktieb tnieda waqt il-Logħob tal-Olimpijadi Speċjali li ttellgħu f’Malta.
Dr Abela wkoll ġiet ippreżentata b’donazzjoni li nġabret mill-istudent infushom sabiex b’hekk titkompla l-ħidma biex titqajjem aktar kuxjenza dwar l-inklużjoni u l-isport.