Il-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera flimkien mal-għaqda ambjentali Nature Trust nedew l-iskema “Tree Your Town” li għandha l-għan li tkompli tħaddar il-lokalitajiet f’pajjiżna.
F’attività organizzata minn Nature Trust propju għal Jum is-Siġar bosta studenti minn diversi skejjel ingħataw tagħrif dwar is-siġar.
Studenta qalet: “Tgħallimt fuq is-siġar li jgħinuna ħafna fl-affarijiet li nagħmlu u li hawn ħafna tipi differenti ta’siġar.”
Student ieħor irrimarka: “Tgħallimt ukoll li inti s-siġar meta tmexxihom minn post għal ieħor triq taqlahom mill-għeruq u mhux miz-zokk, għax l-għeruq dawk jiġbru l-ilma u mingħajr ilma il-pjanta ma tgħix”.
Studenta oħra spjegatilna kif fl-iskola ta’ San Franġisk f’Bormla jitħawwlu siġar kull Novembru bħala parti mill-programm LEAF.
Studenta oħra qalet li: “Fi Frar il-Parks Malta jiġu għandna u jagħmlu s-siġar fin-nursery u mbgħad meta jikbru, jagħmlu, jiżirgħu fil-foresti”.
Il-Presdient ta’ Nature Trust Vincent Attard qal, li f’Wied Għollieqa ġiet installata sistema li tħaddem il-pompi tal-ilma b’enerġija rinnovabbli.
Il-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera tkellem dwar il-ħtieġa ta’ aktar proġetti ta’ tħaddir mhux biss fil-komunitajiet fejn ngħixu iżda wkoll f’żoni industrijali.
Il-Ministru Josè Herrera qal: “Din is-sena għand vot partikulari, ħaġa li qatt ma kelli għal dan ir-rigward u qiegħed fi ftehim ukoll mal-ministeru tal-ekonomija biex nibda nagħmel ukoll proġetti simili fl-industrial area”
Iċ-Chairman Eżekuttiv ta’ Ambjent Malta, Conrad Borg Manchè, qal li għaddejja ħidma biex jiżdiedu s-siġar fl-ibliet u l-irħula Maltin.