Studenti mill-Kulleġġ San Alwiġi dalgħodu ħawlu 240 siġra indiġena dan hekk kif ingħata bidu ta’ afforestazzjoni. Proġett li qed jitmexxa minn task force mid-Direttorat tal-Parks flimkien ma’ għadd ta’ entitajiet oħra.
Il-Kulleġġ iddeċieda li jqabbad studenti mill-iskola biex iħawlu s-siġar huma dan hekk kif se jkunu huma li se jieħdu ħsieb lill-istess siġar.
Minn dawn il-240 siġra, 200 minnhom ġew mgħotija minn kumpanija ġermaniża privata li qed topera f’Malta, 20 minnhom ġew mgħotija mill-Bank Ċentrali, u 20 minnhom ngħata minn individwi partikolari.
F’kumment li ta lill-ONE News, id-Direttur tal-Kulleġġ, Fr. Jimmy Bartolo, qal li hu favur inizjattivi bħal dawn fejn se jkun qed jimbotta l-idea tal-Gvern biex l-iskejjel jaddottaw għalqa u jieħdu ħsieba huma.