Studenti fl-Iskola Internazzjonali ta’ Verdala gawdew esperjenza organizzata mill-iskola stess, bil-parteċipazzjoni taċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċina f’Malta. Waqt il-Lejla Internazzjonali, l-ispettaklu tal-kostumi tradizzjonali Ċiniżi u t-tagħlim tal-kalligrafija ġew apprezzati ferm mill-istudenti.
Bħala mistieden speċjali f’din iċ-ċelebrazzjoni multikulturali, iċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċina wera r-rikkezza u d-diversità tal-kultura tradizzjonali Ċiniża. Il-qofol tas-serata kien l-ispettaklu tal-kostumi tradizzjonali Ċiniż li offra l-opportunità lill-istudenti biex jesperjenzaw mill-qrib is-seħer tal-ilbies antik taċ-Ċina.
Mudelli liebsa bi ħwejjeġ mill-ifjen wrew stili u disinji differenti minn diversi perjodi storiċi, u ħolqu wirja ittoreska fuq il-palk. B’hekk, l-istudenti kisbu għarfien dwar il-wirt kulturali profond inkorporat fil-moda Ċiniża antika.
Barra minn hekk, iċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċina pprovda lill-istudenti b’tagħlim tal-kalligrafija li tahom iċ-ċans jesperjenzaw il-ġmiel tal-kalligrafija Ċiniża. Taħt il-gwida ta’ artisti Ċiniżi lokali, l-istudenti meddu jdejhom għall-kitba bil-pniezel Ċiniżi mbilla fil-linka fuq il-karti tar-ross.
Permezz ta’ din l-esperjenza prattika, l-istudenti mhux biss tgħallmu t-tekniki bażiċi tal-kitba Ċiniża iżda wkoll apprezzaw l-essenza filosofika wara din il-forma ta’ arti antika.