Hekk kif id-dinja reġgħet bdiet tirritorna lura għan-normalità wara l-pandemija tal-COVID-19, l-istudenti kien fost dawk li kienu ħerqana biex jerġgħu jirritornaw lura fl-iskejjel.
Studenti mill-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà fi ħdan l-Università ta’ Malta, qasmu l-esperjenza tagħhom hekk kif bdew il-bidu ta’ din is-sena skolastika lura fil-klassijiet tal-Università ma’ sħabhom l-istudenti.
Fosthom spjegaw kif wara xhur twal mingħajr kuntatt wiċċ imb’wiċċ ma’ sħabhom kif ukoll mal-letturi.
Sostnew kif kultant persuna tinsa kemm hi importanti li wieħed ikollu kuntatt b’mod soċjali ma’ persuni u l-importanza li wieħed jitkellem u jibni ħiliet soċjali tiegħu.
Studenta oħra sostniet kif tinsab kuntenta ferm li tinsab lura l-Università hekk kif issa se tqatta’ l-esperjenza tagħha Universitarja flimkien ma’ sħabha.
Student ieħor spjega kif ir-ritorna lura għan-normalità kienet waħda mixtieqa hekk kif meta tiltaqa’ mal-istudenti tal-kors li tkun fih tkun tista’ toħloq ħbiberiji u taqsam l-esperjenza magħhom.