Illum bdiet ġimgħa ta’ ‘Freshers’ fil-Kampus tal-MCAST f’Raħal Ġdid.
Studenti ġodda li ngħaqdu mal-MCAST din is-sena irċevew merħba mill-qalb dalgħodu, u ġew mistiedna jiskopru l-kampus u jesperjenzaw l-atmosfera vivaċi.
Din is-sena il-Kulleġġ irċieva aktar minn 8,000 applikazzjoni, u aktar minn 2,900 student irreġistraw biex jissieħbu f’korsijiet ġodda full-time.
Il-President ta’ Malta, E.E. George Vella, ġie milqugħ fil-Kulleġġ fil-ftuħ tal-attivitajiet tal-Freshers. Hu kien akkumpanjat vmill-Ministru għall-Edukazzjoni, Clifton Grima u l-Professur Prinċipal Joachim James Calleja. Huma żaru diversi stands
u tkellem ma’ studenti ġodda u attwali u staff tal-Kulleġġ.
Iktar minn 100 kumpanija u NGOs qed jipparteċipaw fi freshers tal-MCAST din is-sena, u se jsiru aktar minn 40 taħdita edukattiva fiċ-Ċentru tar-Riżorsi l-ġdid tal-MCAST, li fiha l-librerija ġdida . Bit-tema ‘A Bright Future’, l-attivitajiet jinkoraġġixxu lill-istudenti biex jesploraw mogħdijiet ta’ karriera differenti, jifhmu l-benefiċċji tat-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol u jiġu isporati mill-attiviżmu.
L-attivitajiet tal-Freshers se jsiru wkoll fl-Istitut għall-Kampus tal-Arti Kreattiva fi Mosta fit-13 ta’ Ottubru u l-Kampus ta’ Għawdex fl-14 ta’ Ottubru.