L-aġenzija Project Green iltaqgħet mal-istudenti mill-Iskola Primarja fi ħdan il-Kulleġġ San Ġorġ Preca, fejn l-istudenti kellhom l-opportunità jagħtu l-ideat tagħhom fuq il-proġett fi Triq Sant’Anna fil-Furjana.
Dan bil-għan li din it-triq traffikuża toffri aktar aċċessibilità, tnaqqas ta’ traffiku u b’hekk itejjeb il-ħajja fil-komunità.
Għal proġetti bħal dawn, Project Green qed torganizza placemaking, li qed tagħti opportunità lir-residenti, speċjalment lil dawk ta’ età żgħira.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/14132753/WhatsApp-Image-2025-02-14-at-1.25.42-PM-1024x682.jpeg)
Il-Perit Mirco Azzopardi minn Project Green spjega li “bl-involviment tat-tfal fi pjanar ta’ proġetti fl-urban, qed jaraw ġenerazzjonijiet futuri jieħdu sehem b’mod attiv fil-lokalità ta’ fejn jgħixu.
Il-proġett fi Triq Sant’Anna, bħalissa jinsab fl-ewwel stadju, fejn Project Green qed tara li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja fil-Furjana billi ssaħħaħ is-sigurtà pedonali u tqajjem sens komunitarju qawwi fil-lokal.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/14132747/WhatsApp-Image-2025-02-14-at-1.25.42-PM-1-1024x682.jpeg)