L-istudenti li reġgħu poġġew għall-eżamijiet f’livell Avvanzat u Intermedju huma rrabjati hekk kif għadhom qed jistennew ir-riżultati. Numru ta’ studenti ikkumentaw dwar il-fatt li huma għadhom ma jafux x’ser ikun il-futur tagħhom u jekk hux ser jidħlu u jkomplu jistudjaw fl-Universita’ ta’ Malta.
Dwar dan one.com.mt tkellem mal-uffiċjal tal-komunikazzjoni għall-Universitá ta’ Malta, Laura Mifsud Bonnici, li spjegat li meta jiġu ppublikati d-dati u l-ħinijiet tal-eżamijiet, l-istudenti jiġu nfurmati li r-riżultati jistgħu jiġu ppublikati, sal-aħħar ġimgħa ta’ Settembru.