Hekk kif illum għaddejja l-elezzjoni għall-Kunsill tal-Istudenti, fil-Junior College, bejn l-Għaqda tal-istudenti Pulse, u l-istudenti Demo-Kristjani Maltin, l-SDM, kien hemm rapporti minn studenti li l-Amministrazzjoni tal-Kulleġġ żammet milli jivvutaw xi studenti minħabba li dawn kellhom il-kard tal-istudenti tagħhom ftit imqatta’.
Kienu bosta l-istudenti li tkellmu ma’ one.com.mt għax kien hemm uffiċjali tal-Kulleġġ li saħanistra kkonfiskawlhom il-kard tal-istudenti tagħhom, lid-dokument inkwistjoni, huwa neċessarju sabiex jivvutaw, u qalulhom biex jiġbruh nhar it-Tnejn li ġej, u allura meta l-elezzjoni tkun diġa’ għaddiet.
Għal din l-elezzjoni, iż-żewġ Għaqdiet studenteski jippreżentaw quddiem l-istudenti, madwar 1,700, seba’ kandidati kull wieħed.
L-Għaqda Pulse rebħet l-elezzjoni s-sena li għaddiet f’elezzjonijiet simili.