Minn Awwissu li ġej l-istudenti li qed isegwu kors ta’ baċellerat fil-farmaċewtika, fl-Università ta’ Malta se jibbenefikaw minn żieda sostanzjali fl-istipendju tagħhom .
Sa dan ix-xahar l-istudenti kienu qed jirċievu stipendju ta’ tlieta u tmenin ewro fix-xahar.
Il-gvern se jżid dan l-istipendju b’aktar minn €62. Biex issa l-istudenti tal-farmaċewtika se jirċievu €146. L-istudenti tal-farmaċewtika se jibbenefikaw ukoll minn żieda ta’ €233 fl-għotja li jagħti l-gvern fil-bidu tas-sena akkademika fl-Universita’ ta’ Malta.
F’Settembru li ġej l-gvern se jalloka wkoll €690 f’għotja għal kull student tal-farmaċewtika.
Din l-għotja hija inċentiv mill-gvern biex lill-istudenti ilaħħqu mal-ispejjez edukattivi tagħhom tul is-sena akkademika. Is-sena li għaddiet l-istudenti tal-farmaċewtika kienu irċivew għotja ta’ €465.
L-inċentivi għall-istudenti tal-farmaċewtika huma parti mill-istrateġija tal-gvern biex jinkoraġixxi studenti ikomplu jistudjaw fix-xjenza.