Studenti Maltin illum kellhom l-opportunità li juru u jbigħu l-prodotti tal-kumpaniji tagħhom, li bnew bħala parti mill-kompetizzjoni ta’ Junior Achievement Young Enterprise Malta Foundation (JAYE).
L-istess studenti esebixxu xogħolhom u ngħataw iċ-ċans ibigħu l-prodotti tagħhom waqt il-fiera tal-JAYE. F’din il-kompetizzjoni qed jieħdu sehem 17-il tim magħmula minn studenti ġejjin mill-post-sekondarja li jagħmlu parti mill-“company programme”.
Seba’ timijiet terzjarji qed jieħdu sehem fl-istartup programme, fejn qed iħejju proposta ta’ investiment li jista’ jwassal għal bidu tal-investiment tagħhom.
B’kollox f’dan il-programm qed jieħdu sehem 140 student.
Waqt id-diskors tiegħu, il-Kap Eżekuttiv ta’ JAYE, Julian Azzopardi, ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni se jkunu qed jieħdu sehem f’kompetizzjoni internazzjonali flimkien ma’ 40 pajjiż ieħor.