Grupp ta’ żgħażagħ ingħataw opportunità unika sabiex jaraw b’għajnejhom stess il-ħidma tal-ħidma Marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Fost dawk li wettqu numru ta’ sessjonijiet differenti, kien hemm Xylon Vella u Talal Hamod li għoġbithom mhux ftit din l-esperjenza.
XYLON VELLA: “Kienet esperjenza vera sabiħa, vera turik u tiftaħlek għajnejk ix-xogħol ta’ suldat u tbatija u vera tqabbadlek l-aptit biex tidħol f’dan is-servizz u tati servizz lil pajjiżek stess.”
TALAL HAMOD: “Għenitni ħafna għaliex la nikber nixtieq nidħol jien. Min jiġih iċ-ċans jagħmilha, għaliex verament tieħu gost u anke tiltaqa’ ma nies ġodda, u x-xogħol ta’ suldat mhux faċli.”
Żewġ studenti oħra qasmu l-esperjenzi sbieħ li għaddew minnhom.
EZRA GRECH: “Morna postijiet differenti tal-armata, għamilna ħafna eżerċizju u tgħallimna x-xogħol tas-suldati. Għamlitli ħafna kuraġġ li naħdem ma tim u it helped me to open up”.
DELOAYA GALEA: “Id-dixxiplina li tgħallimna se tgħini fil-futur anke għal ċertu xogħlijiet eżempju meta dieħel suldat u jkolli idea biex ngħallmu d-dixxiplina ta’ hawnhekk.”
Esperjenza li fi kliem l-istess żgħażagħ hija waħda indemtikabbli u li kieku jistgħu jerġgħu jgħixu għal darba oħra.
JOSHA BONNET: “Kienet esperjenza sabiħa ħafna u li kieku kelli nerġa nagħmilha din l-esperjenza nerġa nagħmilha u kieku nerġa nerġa’, u titgħallem ħafna, affarijiet li ma tarahomx kuljum.”
Dan il-proġett, li beda mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, ra ‘il fuq minn 200 student jingħataw mertu talli temmew il-kors b’suċċess – fejn saħansitra numru minnhom illum jaħdmu fil-Forzi Dixxiplinati ta’ Malta.
Kemm il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri u l-Ministru għall-Politika Soċjali Michael Falzon ferħu u awguraw lil dawn l-istudenti.