It-tfajliet se jkunu jistgħu jattendu f’universitajiet fl-Afganistan, iżda se jkunu mifrudin minn mal-ġuvitnur filwaqt li se jitħabbru kodiċi ta’ lbies Iżlamiku ġdid għan-nisa.
Ħabbar dan il-Ministru għall-Edukazzjoni Għolja Afgan Abdul Baqi Haqqani. Hu se jkun qed iħabbar ukoll il-lista riveduta ta’ suġġetti li se jkunu mgħallma t-tfajliet.
Din l-aħbar ġiet jum wara li t-Taliban tellgħu l-bandiera tagħhom fuq il-palazz presidenzjali, għalhekk indikaw li uffiċjalment l-Afganistan qed terġa’ titmexxa mit-Taliban.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni Afgan tenna li l-bniet u s-subien mhux se jkunu fi klassijiet imħallta: minn klassijiet primarji sal-ogħla livell edukattiv.
Uħud saħħqu illi b’din ir-regola, il-bniet u tfajliet se jkunu esklużi mill-edukazzjoni għaliex xi universitajiet m’għandhom biżejjed riżorsi sabiex jakkomodaw klassijiet separati. Il-Ministru wieġeb li fejn ikun hemm nuqqas se tinsatab soluzzjoni.