Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali kellu l-pjaċir jospita fil-Ministeru, lill-istudenti mill-iskola sekondarja ta’ Ħad-Dingli, li flimkien għamlu figolli biex ikunu jistgħu jinbiegħu għall-karità. Din l-inizjattiva qed issir għas-seba’ darba bil-għan li jinġabru fondi għal Puttinu Cares.
Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon feraħ lit-tfal kif ukoll lill-għalliema għal din l-inizjattiba li fi kliemu tixhed is-sens kbir ta’ solidarjetà fi ħdan is-soċjetà Maltija.
Preżenti għal din l-attività kien hemm ukoll il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Komunitajiet Robert Cutajar.