Essoutouti Asia, studenta Ġermaniża ta’ 23 sena tressqet il-qorti wara li rrikattat negozjant wara li kellha relazzjoni intima miegħu fil-Ġermanja. Hija ammettiet li hedditu li se turi r-ritratti lil u filmati komprometenti dwar l-istess relazzjoni intima ta’ bejnethom lil martu.
Il-Qorti semgħet kif fil-Ġermanja hija ħaditlu l-credit card u kellu jagħtiha €15,000 biex tħallieħ jitlaq.
Pero, t-theddid ma waqafx hawnhekk, hekk kif lura Malta, hija talbitu karozza ta’ €60,000. Dan filwaqt li qaltlu li kienet tqila minnu u bdiet tibgħatlu ritratti tal-ultrasound tat-tqala t’oħtha.
Il-qorti ppreseduta mill-maġistrat Gabriella Vella, kkundannat lit-tfajla għal 18-il xahar sospiżi għal erba’. Dan filwaqt li ordnat li l-mobile bil-filmati u r-ritratti jiġi meqrud. Isem in-negozjant ma’ jistax jixxandar b’ordni tal-Qorti.