Abigail Callus, studenta tal-Junior College G.F. Abela hija r-rebbieħa Maltija tal-kompetizzjoni tat-traduzzjoni 2016-2017 għall-iskola “Juvenes Translatores”. Flimkien ma’ 27 rebbieħa oħra minn kull Stat Membru, se tmur Brussell biex tiġbor il-premju għall-aqwa traduzzjoni fis-6 ta’ April 2017
Dakinhar ir-rebbieħa se jiġbru t-trofej tagħhom mingħand il-Kummissarju responsabbli għall-Baġit u r-Riżorsi Umani, Günther Oettinger.
“Prosit lir-rebbieħa tal-għaxar edizzjoni ta’ din il-kompetizzjoni. Il-ġenituri u l-għalliema tagħkom għandhom għax ikunu tassew kburin bil-kisba tagħkom. Nixtieq nifirħilkom talli lqajtu l-isfida u wrejtu talent daqshekk promettenti. Il-lingwi jiftħu l-imħuħ u jegħlbu l-ostakli. Jgħinuna nifhmu popli u kulturi oħrajn. Nifraħ lir-rebbieħa li wrew kreattività u talent fl-24 lingwa tal-UE. Nawguralkom ilkoll!”, qal il-Kummissarju Günther Oettinger.
Għall-għaxar darba mill-2007, aktar minn 3,000 student mill-Unjoni Ewropea kollha, u din id-darba ttraduċew testi dwar is-suġġetti tal-lingwi u tat-traduzzjoni. Fil-każ ta’ Abilgail Callus hi ttraduċiet mill-Malti għall-Ingliż.
Ir-rebbieħa kollha se jingħataw premju, trofew u diploma stampata. U mhux biss…il-konkors għandu l-ġrajjiet ta’ suċċess tiegħu. Fl-1 ta’ Frar, il-Kummissjoni Ewropea laqgħet fost l-impjegati tagħha l-ewwel traduttriċi li bdiet il-karriera tagħha bħala rebbieħa tal-Juvenes Translatores. Aħbar sabiħa li ssir isbaħ għalina meta ssir taf li din hija Maltija.