Student tal-mediċina għen mara twelled fuq underground f’Londra. Hamzah Selim, li għandu 21 sena, kien fi triqtu lejn id-dar wara ġurnata skola, meta l-għajta ta’ mara ġabitu f’postu.
“Kienet diġà tilfet ħafna demm, u kienet taħt xokk kbir. Ma stajtx ma nagħmel xejn”, saħaq l-istudent mal-midja.
Huwa għen lill-mara twelled u uża l-ġakketta tiegħu biex jipproteġi lit-tarbija mill-kesħa. Hekk kif il-ferrovija waslet fil-waqfa li jmiss, li kien l-istazzjon ta’ Warren Street f’Londra, l-omm u t-tarbija ttieħdu minnufih l-isptar għall-kura.