Student tal-MCAST ħoloq software li permezz tiegħu se jkun qed jgħin persuni b’diżabilitá jirrispondu telefonata.
Jader Pelligra, student tal-ICT fl-MCAST għandu biss 21 sena u daħal għal dan il-proġett li ilu jaħdem fuqu madwar sena. Liema proġett issa wassal għar-riżultati hekk kif dan is-software se jibda jintuża’ fid-Dipartimenti tal-Gvern.
Is-sistema taħdem daqs li kieku l-persuna għandha mobile jiġifieri toffri servizz ta’ phonebook u l-immaniġjar tat-telefonati, fost oħrajn.
Dan il-proġett sar għall-fondazzjoni għal teknoloġija aktar aċċessibbli fi ħdan il-MITA.