Student tal-MCAST ta’ 18-il sena li jgħix San Ġwann ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet, wara li tressaq il-Qorti mixli li ġibed filmati ta’ studenti oħra, li huma subien, jużaw it-toilet.
Fil-Qorti, l-Ispettur Godwin Scerri spjega kif fil-mowbajl tal-istudent instabu żewġ videos.
Il-Qorti mmexxija mill-Maġistrat Josette Demicoli ordnat liż-żagħżugħ jattendi għand professjonist mediku u jimxi mal-pariri tiegħu, inkella jaqla’ multa u jekk din ma jħallashiex jispiċċa l-ħabs.
L-istudent li huwa sospiż mill-iskola, irid iħallas €2,000 depożitu u garanzija personali ta’ €6,000.