L-istudent Ingliż Matthew Hedges qed jaffaċċja akkużi ta’ spjunaġġ għal “Stat barrani” fl-Emirati Għarab Magħquda. Huwa kien arrestat f’Mejju li għadda waqt li kien qed jipprova jaqbad titjira minn Dubaj wara mawra fil-pajjiż biex jagħmel riċerka marbuta mad-Dottorat tiegħu.
Għal dawn l-aħħar ħames xhur, huwa kien qed jinżamm f’kamra waħdu f’ħabs u ma ngħatax informazzjoni jekk hux se jinħeles jew le.
Stqarrija mill-Avukat Ġenerali tal-UAE qal li Hedges, ta’ 31 sena, qed jaffaċċja akkużi ta’ spjunaġġ f’isem Stat barrani, u li pperikola l-ekonomija u l-politika tal-UAE. Żied jgħid li l-vjaġġ tiegħu fil-pajjiż biex jistudja kienet biss skuża biex jgħatti dak li veru kien qed jagħmel.
Dan il-każ se jkompli jinstema’ fil-Qorti fl-24 ta’ Ottubru.