Student f’Hong Kong tilef ħajtu wara li waqa’ waqt protesti fil-pajjiż aktar kmieni din il-ġimgħa. Mewtu xprunat aktar protesti u viġilji fil-pajjiż.
Alex Chow, li kellu 22 sena, waqa’ minn għoli f’żona ta’ parkeġġ meta l-Pulizija bdew operazzjoni biex iż-żona tkun evakwata mid-dimostranti. Id-dinamika tal-inċident għadha trid tiġi stabbilita mill-awtoritajiet, iżda rapporti fil-midja ta’ Hong Kong qed jirrapportaw li x’aktarx l-istudent kien qed jipprova jaħrab minn ħruġ ta’ gass tad-dmugħ.
Ritratt: Reuters