Student tal-iskola St. Catherine’s High School ta’ Pembroke kien fost l-erba’ rebbieħa ta’ premijiet li ngħataw fil-qasam tat-tagħlim vokazzjonali.
Liam Jake Vella ġie ppremjat mill-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana talli għen l-iskola tiegħu biex itejjeb l-apparat teknoloġiku ħalli jkun jista’ jingħata t-tagħlim b’mod virtwali.
Qal kif, “Fl-aħħar ftit xhur tas-sajf mort l-iskola biex ngħinhom itejbu l-apparat teknoloġiku sabiex isir it-tagħlim virtwali u fil-kunċert tal-Milied ta’ sentejn ilu għamilt programm għall-kunċert”.
Intant fost ir-rebieħa l-oħra kien hemm għalliema li kompliet iżżid l-interess fil-qasam tal-ospitalità anki waqt l-imxija u ewlenija f’pajjiżna, li timbotta ‘l quddiem it-taħriġ vokazzjonali, wkoll kienet fost ir-rebbieħa.
Spjegat, “Waqt il-pandemija rajt kif ħa nagħmel biex it-tfal xorta baqgħu jsajru u għamilna ħafna filmati, għamilna forma ta’ kompetizzjonijiet, preparajna wkoll pop-up restaurant li kien ta’ suċċess kbir”
Mariella Galea qalet, “Kemm kull tipi differenti ta’ impjegat kemm bħala korsijiet tekniċi per eżempju korsijiet ta’ mmaniġjar, għamilna wkoll korsijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u tal-biodiversità u t-tmexxija tan-nisa u spiss ukoll naħdmu kif qalet Antoinette nġibu ħafna studenti Farsons u jkollhom l-esperjenza fuq il-post tax-xogħol”
Waqt din iċ-ċerimonja, il-Ministru Justyne Caruana qalet kif it-tagħlim vokazzjonali għandu jieħu iżjed viżibilità.
Sostniet, “U allura mhux biss edukazzjoni fil-klassi imma edukazzjoni wkoll bl-idejn u edukazzjoni fuq il-post tax-xogħol u għalhekk imbagħad l-edukazzjoni vokazzjonali fejn qed naraw propju kif il-ħiliet tal-bniedem nistgħu imbagħad niżviluppawhom.”