Il-President Amerikan Donald Trump ikkundanna lill-Korea ta’ Fuq minħabba l-mewt ta’ Otto Warmbier, student Amerikan ta’ tnejn u għoxrin sena li kien arrestat fil-Korea ta’ Fuq waqt li kien hemm bħala turist.
Iż-żagħżugħ tilef ħajtu fi sptar fl-Amerka wara li kien meħlus mill-arrest fil-Korea ta’ Fuq wara sbatax –il xahar priġunerija, u wara li ntbagħat lura pajjiżu f’koma.
Filfatt, it-tobba li żaruh mal-wasla tiegħu fl-Amerka qalu li kellu kumplikazzjonijiet estensivi f’moħħu.
Il-familja taż-żagħżugħ sostniet li dan kollu kien kawża tat-trattament ħażin – deskritt tortura – li ż-żagħżugħ irċieva fil-pajjiż Ażjatiku.