Id-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, permezz ta’ CommCare, għal din is-sena se jerġa’ joffri servizz ta’ tilqim kontra l-influwenza fid-djar għall-anzjani li ma jistgħux joħorġu minn djarhom. Dan is-servizz ma japplikax għall-qraba ta’ dawn l-anzjani u se jibda jingħata fid-djar mit-Tnejn 22 ta’ Ottubru 2018 bejn is-7.00am u s-7.00pm.
Għaldaqstant, il-persuni li ma jistgħux joħorġu minn djarhom għandhom jirreġistraw isimhom mal-kunsill lokali tal-lokalità fejn jgħixu biex japplikaw għas-servizz. Kull kunsill lokali hu ġentilment mitlub jipprovdi dan it-tagħrif fit-tabella mehmuża ma’ din iċ-ċirkulari. It-tabella mimlija għandha tintbagħat b’email lil commcare@gov.mt sa mhux aktar tard minn nofsinhar tat-Tnejn, 15 ta’ Ottubru 2018.
Klijenti eleġibbli għal dan is-servizz – li ma jkunux diġà nkitbu mal-kunsilli lokali jew li jgħixu f’lokalitajiet fejn il-kunsilli lokali ma joffrux dan is-servizz – jistgħu jibbukkjaw it-titqiba tal-influwenza billi jċemplu mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.00am u s-1.00pm fuq in-numru 22589341.