Il-Gvern se jkun qed joħloq strumenti finanzjarji, li se jkunu aċċessibbli għal sajjieda li jridu jixtru l-ewwel bastiment tagħhom. Matul is-sena d-dieħla se jkunu qed jibdew l-istudji tekniċi biex il-postijiet tal-irmiġġ għas-sajjieda f’Ħondoq ir-Rummien u f’Daħlet Qorrot f’Għawdex jiġu rranġati.
Il-Gvern se jkun qed iwaqqaf aġenzija, li tkun responsabbli mir-riċerka, żvilupp u implimentazzjoni proġetti relatati mas-sajd.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-ġimgħat li ġejjin il-Gvern se jkun qed joħroġ sejħa t’interess biex jiġi attirat investiment tal-akkwakultura fiż-żona esklussiva ta’ pajjiżna.