Tnediet konsultazzjoni pubblika dwar strateġija għall-belt kapitali ta’ pajjiżna.
Dan bil-għan li jkun hemm pjan ċar dwar kif għandha tiżviluppa l-Belt Valletta, bħala post fejn wieħed jaħdem, jgħix u jiddeverti.
F’konferenza tal-aħbarijiet mis-Segretarju Permanenti Ewlieni, Mario Cutajar, u l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, Johann Buttigieg. “Ma rridix nħarsu lejha bħala kapitali biss iżda anke bħala wirt dinji tal-UNESCO.
Dawn se jkunu magħġuna biex itejbu il kwalità tal-ħajja ta’ min għandu x’jaqsam mal-Belt,” qal Cutajar. Qal li se jkun hemm emfasi biex iktar nies imorru jgħixu l-Belt. Se tinfetaħ konsultazzjoni pubblika online u anke f’siti differenti fejn wieħed jista jagħti sehemu b mod dirett.
Intqal li dan se jolqot il-qasam kummerċjali tal-Belt,dak urban u dak ta’ divertiment. In-nies jistghu jipparteċipaw permez tal konsultazzjoni fuq is siti online tal-Ministeru għad-djalogu socjali jew tal-awtorità tal-ippjanar.