Għexieren ta’ eluf ta’ Arġentini ħarġu jipprotestaw fit-toroq tal-pajjiż, wara li l-President il-ġdid ħabbar pjanijiet li jneħħi wħud mid-drittijiet tal-ħaddiema.
Dawn id-dimostranti sabu quddiemhom mijiet ta’ pulizija armati.
Il-Gvern il-ġdid Arġentin qed jippjana wkoll li jneħħi s-sussidji u benefiċċji li kienu jieħdu il-familji u n-negozju, għax skontu jrid inaqqas l-ispiża tal-pajjiż.
Il-pajjiż qed jaffaċja wkoll strajk, li affetwa t-trassport pubbliku, titjiriet u servizzi essenzjali oħra. Fil-fatt,kKumpaniji tal-ajru ħassru mat-300 titjira minn u lejn ajruporti ewlenin fl-Arġentiina li affetwaw 20,000 passiġġier.