Il-Kumitat tal-Malta Football Referees Association wara konsultazzjoni ma’ bosta membri, li jinkludu bosta referees tal-Premier Division iddecieda li jsejjaħ strajk li għandu jibda nhar il-Ġimgħa 5 ta’ April mill-4pm il-quddiem, fejn l-ebda referee affiljat mal-MFRA m’għandu jmur jirrefja “football appointments” maħruġa mill-MFA.
L-MFRA kienet ħarġet deadlines għar-reviżjoni tal-ħlas tar-referees datati Jannar 2019 u Frar 2019 li t-tnejn ma’ gewx rispettati u gew injorati.
Sussegwentament ħarġet ‘hard deadline’ datata 1 ta’ April li wkoll ma ġietx rispettata.
Din id-direttiva tibqa fis-seħħ sakemm l-MFRA toħroġ kontro-direttiva li tikkanċellaha.
Jidher li lbieraħ ssejħet laqgħa super-urġenti mill-MFA man-negozjaturi li qed jirrapreżentaw l-MFRA u jidher li hemm forma ta’ qbil, liema qbil verbali jekk jiġi kkonfermat uffiċjalment bil-miktub f’dawn is-siegħat li ġejjin, l-MFRA tirrevedi din id-deċiżjoni.