Kważi elf ħaddiem fl-Ajruport ta’ Gatwick, fir-Renju Unit, se jagħmlu strajk ta’ tmien t’ijiem tul dan is-sajf, skont kelliema għall-unjin ‘Unite’.
Dan l-istrajk, bil-għan li togħla l-paga tal-ħaddiema, jista’ jxekkel dak li qed jiġi deskritt bħala wieħed mill-aqwa Sjuf għat-turiżmu, wara l-pandemija.
Il-ħaddiema, jinkludu persuni li jieħdu ħsieb il-bagalji, u ħaddiema tal-art.
L-istrajk se jkun mill-Ġimgħa 28 ta’ Lulju sal-1 t’Awwissu u mill-Ġimgħa 4 t’Awwissu sat-Tlieta 8 t’Awwissu.
Fost il-linji tal-ajru li se jiġu affetwati hemm, Ryanair, Wizz, EasyJet u British Airways.
L-unjin li tirrappeżenta lil dawn il-ħaddiema qalet li titjiriet ikkanċelati jew ittardjati huma inevitabbli.
Ritratt: Jack Taylor/Getty