Ħaddiema Franċiżi li jaħdmu fuq il-linji tal-ferroviji mistennija jiefqu minn xogħolhom fi protesta kontra riformi fis-suq tax-xogħol. Dan mistenni jkompli jfixkel is-sistema ta’ trasport, li diġa’ għaddejja minn problemi minħabba nuqqas ta’ fuel.
Il-President Franċiż Francois Hollande insista li mhux se jirtira mir-riformi proposti, li jagħmluha ferm aktar faċli biex kumpaniji jħaddmu jew ikeċċu impjegati.
Ħaddiema fis-settur pubbliku fil-Belġu, pajjiż ġar ta’ Franza, qed jipprotestaw ukoll, din id-darba minħabba tnaqqis fil-pagi, tibdil fis-sigħat tax-xogħol u żieda fl-eta’ tal-irtirar.
Uffiċjali tal-Pulizija, għalliema u wħud mill-ħaddiema taċ-ċivil se jissiebħu ma’ sewwieqa ta’ ferroviji u gwardji tal-ħabs, li diġa’ qiegħdin fuq strajk.