Żagħżugħ Afgan armat b’mannara u sikkina nqatel mill-Pulizija Ġermaniża wara li darab erba’ persuni li kienu fuq ferrovija.
L-inċident seħħ f’Wurzburg, fin-nofsinhar tal-pajjiż u dawk midruba huma minn Hong Kong. Tlieta minnhom sofrew ġrieħi serji filwaqt li ġersuna oħra għandha ġrieħi ħfief. 14-il persuna oħra qed jingħataw l-għajnuna għax sofrew minn qatgħa qawwija.
Il-Minsitru għall-intern Ġermaniż qal li ż-żagħżugħ inqatel b’tiri meta prova jaħrab minn fuq il-post. Skont mezzi tax-xandir Ċiniżi, dawk midruba huma raġel ta’ 62 sena, martu ta’ 58, binthom ta’ 27 u l-għarus tagħha ta’ 31. Binhom ta’ 17-il sena li kien magħhom ma ġarrabx ġrieħi. Sorsi qalu li l-missier u l-għarus provaw jipproteġu lill-oħrajn fil-grupp.