L-istqarrijiet waqt l-interrogazzjoni għandhom ikunu aċċettati biss meta l-akkużat ikun akkumpanjat mill-preżenza tal-avukat.
Dan joħroġ minn sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali li għall-ewwel darba iddeċidiet li tilqa’ t-talba li tneħħi żewġ stqarrijiet li ta Christopher Bartolo li jinsab akkużat bi traffikar tad-droga kannabis wara li kien qiegħed jgħix b’kilwa waħda.Jidher li Bartolo uża d-dritt li jinforma lil xi ħadd bl-arrest tiegħu billi ċempel lill-avukat qabel l-interrogazzjoni, imma ma kellux lill-avukat miegħu waqt l-istess interrogazzjoni.
Huwa kien beda jiskonta sentenza ta’ ħabs qabel ma’ deċiżjoni tal-kabinett wasslet sabiex ikun jista’ joħroġ mill-ħabs biex ikun jista’ jirċievi t-trattament b’rabta mal-mard fil-kliewi.